klabb regatta BIRZEBBUGA FREEPORT est. 1971

Affiljati fl-Ghaqda Regatta Nazzjonali u registrati mall-Kunsill Malti ghall-Isport

Hekk kif ghaddiet ir-Regatta tal-Vitorja 2017, inbeda ix-xoghol fuq il-manutenzjoni tal-karrijiet li jintuzaw biex jingarru id-dghajjes tar-Regatta. Dawn il-karrijiet huma importanti, ghax apparti li fuqhom jingarru l-opri minn post ghall-iehor, jintuzaw ukoll waqt it-tahrig biex jigu varati id-dghajjes, u b'hekk tittaffa xi ftit it-tbatija.


Apparti ix-xoghol ta' manutenzjoni fuq hames karrijiet, saru erba' karrjiet godda, biex b'hekk kull dghajsa li tintuza fir-Regatta jkollha il-karru taghha.


Ix-xoghol gie ko-ordinat mill-President Ian Farrugia u fuqu hadmu kemm xi membri tal-kumitat kif ukoll xi qaddiefa. Ringrazzjament specjali imur lejn il-Kumpanija E & L Enterprises ta' Hal Far li ghamlitilna ix-xoghol tal-Blasting u Galvanizing minghajr hlas.


Grazzi lil kull min ta' sehemu f'dan ix-xoghol li tant kien mehtieg sabiex isir.

 

Success iehor mill-qaddiefa ta’ Birzebbuga fil-MaltCo Indoor Rowing Challenge


Nhar is-Sibt, 30 ta’ Settembru giet organizzata kompetizzjoni ta’ l-Indoor Rowing minn SportMalta flimkien ma MaltCo u Lakes Fitness Studio, fi Pjazza San Gorg, il-Belt Valletta.


It-Tlett qaddiefa li irraprezentaw lil Birzebbuga kienu Clifford Bugeja, Russell Bugeja u Glenn Zammit. Clifford Bugeja gie it-tielet fil-Heavyweight, Russell Bugeja gie l-ewwel fl-Under 19 filwaqt li Glenn Zammit gie l-ewwel fil-Lightweight.


B’hekk Birzebbuga irnexxiela tirbah zewg Midalji tad-Deheb u ohra tal-Bronz f’din il-kompetizzjoni Nazzjonali.

Birzebbuga tirbah l-Ewwel Edizzjoni tal-Birzebbuga Regatta - Shield Mabbli Vella

Il-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport rebah l-ewwel edizzjoni tal-Birzebbuga Regatta. Din ir-Regatta giet organizzata mill-Kunsill Lokali ta' Birzebbuga bil-kollaborazzjoni tal-Gvern Lokali, nhar is-Sibt, 23 ta' Settembru 2017, fil-bajja ta' Birzebbuga (bejn il-Freeport Terminal u l-Pitch tal-Waterpolo). 

 

Regatta tal-Vitorja 2017 - Birzebbuga it-Tieni fil-Kategorija B

Fir-Regatta tal-Vitorja 2017 id-Distrett ta' Birzebbuga irnexxielu jirbah sitt paljijiet, tnejn fil-Kategorija A u erbgha fil-Kategorija B.


Bormla irnexxielhom jrbhu kemm il-Kategorija A kif ukoll il-Kategorija B.


Fil-Kategorija B, Birzebbuga ikklasifikat fit-tieni post. Fir-ritratt naraw il-qaddiefa ta Birzebbuga flimkien mas-Segretarju waqt il-prezentazzjoni tal-Paljijiet, li saret fil-Cottonera Sports Complex fit-12 ta' Settembru 2017. 

 

Birzebbuga tirbah ir-Regatta ta' l-Under 18

Birzebbuga irnexxiela twaqqaf il-monopolju tal-Kottonera kif ukoll ir-rekord ta’ sitt rebhiet infila mid-distrett ta Bormla fir-Regatta ghat-tfal ta taht it-tmintax il-sena. Birzebbuga rebhet ir-Regatta tal-Youths (Under 18) edizzjoni 2017, ghall-ewwel darba fl-istorja tal-Klabb. 


 

Regatta ta' Jum il-Helsien 2017

Ir-Regatta ta’ Jum il-Helsien 2017 kienet wahda ferm pozittiva ghall-Birzebbuga. Dan ghaliex waqt din ir-regatta intrebhu xejn inqas minn tmien paljijiet, 4 fil-Kategorija A u 4 fil-kategorija B. 


Dan huwa l-ikbar numru ta paljijiet li qatt intrebhu minn Birzebbuga f’Regatta wahda. Dawn il-paljijiet kienu jfissru wkoll li Birzebbuga giet fit-tieni post overall kemm fil-Kategorija A kif ukoll fil-Kategorija B. Ghal darbohra l-ekwipaggi fid-dghajjes blu, bojod u homor kienu komposti minn qaddiefa prodott tal-klabb, fil-maggoranza taghhom zaghzagh. Dawn il-qaddiefa gibdu l-ammirazzjoni tad-dilettanti tar-regatta li kienu prezenti numeruzi fil-Port il-Kbir.



 

Iktar Opri Godda fl-2017

Ghar-Regatta tal-Vitorja 2017, id-Distrett ta' Birzebbuga ser izanzan zewg opri godda. Dawn huma dghajsa tal-Pass u dghajsa tal-Midalji.


Id-Dghajsa tal-Pass ser tkun sponsorjata minn Sport Malta, li s-sena li ghaddiet nedew skema biex jisponsorjaw dghajsa tal-Pass lis-seba' distretti li jippartecipaw fir-Regatta.


Id-Dghajsa l-ohra, dik tal-Midalji ser tkun imhallsa mill-fondi tal-Klabb. Din id-dghajsa hija bzonnjuza hafna ghaliex fil-prezent ghandna biss dghajsa wahda tal-Midalji li tista tintuza, peress li d-dghajsa l-ohra ghanda hafna hsarat.


Dawn iz-zewg dghajjes sejrin jinbnew mill-Imghallem Mario Aquilina li diga rcieva id-depozitu min-naha tal-Kumitat biex ikun jista jibda' dan ix-xoghol.

Il-Manutenzjoni fuq it-'22 ta' Frar' dalwaqt ikun lest.

Ix-xoghol ta' manutenzjoni fuq id-Dghajsa tal-Pass '22 ta' Frar' wasal fil-fazi finali tieghu.


Issa jonqos li din id-dghajsa terga' tinzebah mill-gdid bil-kuluri ta' Birzebbuga u tkun lesta fil-hin ghat-tahrig bhala preparazzjoni ghar-Regatta ta' Jum il-Helsien 2017.


Dan ix-xoghol gie kkumissjonat lill Imghallem Mario Aquilina li ghamel it-tibdil mehtieg fl-injam li kien hemm bzonn jinbidel.


Huwa kien mghejjun minn Andre Taylor u Clayton Vella, li ghamlu ix-xoghol kollhu ta' xkatlar u xoghol iehor li kien hemm bzonn, taht is-supervizjoni ta Mario Aquilina.

Glenn Zammit jirbah il-Midalja tad-Deheb fil-British Indoor Rowing Championships - Men's LWT U23 500m

Il-Qaddief ta Birzebbuga Glenn Zammit ghamel unur kbir kemm ghall-Malta kif ukoll ghall-Klabb Regatta Birzebbuga, meta nhar is-Sibt, 10 ta' Dicembru 2016, rebah il-Midalja tad-Deheb waqt il-British Indoor Rowing Championships fil-500m Men LWT U23.

 
 

Manutenzjoni Estensiva fuq id-Dghajsa tal-Pass ’22 ta’ Frar’

Is-sena d-diehla, 2017, id-Dghajsa tal-Pass ‘22 ta’ Frar’ taghlaq 10 snin minn meta bdiet tinbena mill-Imghallem Alex Gatt (il-Boogy) fil-Mahzen li l-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport kellhu f’Xatt ir-Rizq, il-Birgu. Il-Kumitat dehrlu li wasal iz-zmien li ssir manutenzjoni estensiva fuq it-‘22 ta’ Frar’.


Min jixtieq jaghti xi donazzjoni b’rizq dan il-progett jista’ javvicina lil xi membru tal-Kumitat. Grazzi bil-quddiem ta’ l-ghajnuna. 

 

Laqgha Generali Annwali - 23 t'Ottubru 2016

Nhar il-Hadd 23 t'Ottubru 2016, saret il-Laqgha Generali Annwali tal-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport fis-sala tal-Kunsill Lokali Birzebbuga. Waqt il-Laqgha inqraw u gew approvati il-Minuti tal-Laqgha tas-sena l-ohra, ir-Rapport Amministrattiv u r-Rapport Finanzjarju. Kien hemm diversi interventi u suggeriment mill-membri prezenti. Steve Briffa gie mahtur bhala Membru Onorarju tal-Klabb bhala rikonoxximent tax-xoghol li jaghmel.


Inhatar ukoll il-Kumitat ghas-sentejn li gejjin:- Ian Farrugia (President), Simon Micallef (Segretarju), Alex Azzopardi (Kaxxier), Mario Aquilina (Direttur tad-Dghajjes), Louis Balzia, Andre Taylor, Tommy Aquilina, Edward Ferriggi, Clayton Vella u Christ Bugeja.


Il-Kumitat jirringrazja lil Kevin Camilleri li minhabba ragunijiet personali ma setghax ikompli fil-kumitat.

 

Regatta tal-Vitorja 2016 - Il-Marsa jirbhu l-Kategorija A

Fir-Regatta tal-Vitorja 2016 Birzebbuga ippartecipat fil-Kategorija A. L-uniku palju wasal fit-Tigrija tal-Frejgatini meta Dirk u Damien Attard bil-coxswain Meod Ciantar dahlu fit-tielet post bil-Frejgatina 'Tereza'



 

Regatta tal-Youths (Under 18) - 2016
Bormla jirbhu x-Shield - Birzebbuga Runners Up

Fir-Regatta tal-Youths (Under 18) li saret nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju 2016, il-qaddiefa ta’ Birzebbuga irnexxielhom jikklassifikaw fit-tieni post overall wara d-distrett ta’ Bormla. 


Dan ir-rizultat pozittiv wasal wara rebhiet bil-Frejgatina u l-Kajjik u t-tieni post f’ta Bl-Erbgha u f’ta Bi Tnejn.


L-erba' qaddiefa ta' Birzebbuga kienu Dirk Attard (Frejfatina u B'Erbgha), Damien Attard (Frejgatina, Kajjik u B'Erbgha), Russell Bugeja (Bi Tnejn, Kajjik u B'Erbgha) u Owen Micallef (Bi Tnejn u B'Erbgha). Il-coxswain fil-frejgatina kien Meod Ciantar.


 

It-Tigrija ghall-Palju de Vallette - Jirbhu Bormla 
Birzebbuga fit-Tieni Post

Nhar it-Tlieta 7 ta' Gunju 2016 giet organizzata Regatta bhala parti mill-Pageant of the Seas. F'din ir-Regatta hadu sehem sehem is-seba' distretti tar-Regatta u tlett teams taljani. 

Din it-tigrija bdiet u spiccat quddiem id-dwana u kulhadd seta' jgawdi kemm l-iStart u l-Finish. It-tul tal-korsa kien madwar 1.7km u kienet forma trijangolari. 

Bormla rebhu din ir-Regatta u ghalhekk gew prezentati bil-Palju De Vallette (ritratt). Id-Dghajsa ta' Birzebbuga spiccat fit-tieni post. Il-crew ta' Birzebbuga kien iffurmat minn Damien Attard, Glenn Zammit, Manwel Magro u Russell Bugeja.

Il-pjan huwa li din ir-Regatta Internazzjonali tibda ssir kull sentejn, fis-7 ta' Gunju, Jum Nazzjonali importanti ghalina l-Maltin.
 

Birzebbuga tirbah l-Aggregate Shield Kat B - Regatta ta' Jum il-Helsien 2016

Wara s-succes tas-sena ta qabel, kienu hafna dawk li haduha sorpriza li Birzebbuga ma kienetx ser tippartecipa fil-Kategorija A tar-Regatta ta’ Jum il-Helsien 2016. Dan wara li l-qaddiefa kollha li kienu l-protagonisti tas-sucess tal-2015 gew kollha mislufa lil xi distrett iehor. 

Il-Kumitat ha l-opportunita biex jibbaza fuq il-qaddiefa prodott tal-Klabb u d-decizjoni kienet partecipazzjoni shiha fil-Kategorija B. Dan kien ser jaghti cans lil dawn iz-zaghzagh biex juzaw l-opri l-godda u jkun hemm iktar koncentrazzjoni fuqhom. Waqt it-tahrig kollox kien qed jindika li Birzebbuga kienet ser tkun fost il-favoriti ghas-success finali. 

L-ewwel tigrija kienet dik ta' bi Tnejn u Emman Joe Borg flimkien ma Manuel Magro ma setghax ikollhom bidu ahjar minhekk meta bid-dghajsa 22 ta’ Frar gew l-ewwel. Dan ir-rizultat irrepeta ruhu fit-tigrija tal-Kajjik bl-ekwippag kompost minn Damien Attard u Russel Bugeja li gew l-ewwel bil-Kajjik San Pietru wara dhul photo finish mal-kajjik bormliz. Din kienet l-ewwel rebha ghall-Birzebbuga fit-tigrija tal-Kajjiki. 

It-tigrija tal-Midalji kienet xi ftit sfortunata ghaliex id-dghajsa ta' Birzebbuga kienet f’taqtiegha ghall-ewwel post ma dik tal-Marsa izda fl-ahhar ftit metri il-Marsa hadu harira vantagg u dhalna fit-tieni post bid-Dghajsa Maria Carmela II. Il-crew kien iffurmat minn Dirk Attard, Glenn Zammit, Russel Bugeja u Sean Schembri. It-tigrija tal-Frejgatini kienret il-konferma tal-qawwa ta Birzebbuga f’din il-korsa. Il-crew kompost mit-tewmin Dirk u Damien Attard rega’ ghamila. Il-coxswain kien it-tfajjel Meot Ciantar u l-Frejgatina Tereza. B’din ir-rebha Birzebbuga ghamlet pass deciziv ghar-rebh tas-Shield u mill-ahhar tigrija kien hemm bzonn biss ta' Placing. 

Dik ta’ Bl-Erbgha kienet kif mistenni tigrija akkanita bejn id-distretti ta Bormla, Marsa u Birzebbuga. Fl-ahhar ftit il-crew ta Bormla deher jiehu vantagg fuq Birzebbuga, izda minn naha taghhom, Damien Attard, Emman Joe Borg, Manwel Magro u Russell Bugeja zammew tajjeb it-tieni post fuq id-Dghajsa Marsija biex jaccertaw ir-Rebh tax-Shield ghal Birzebbuga.

Fil-klassifika final Birzebbuga gabu 72 punt segwiti mill Marsa bi 42 punt, Bormla 32, l-Isla 26 filwaqt li Marsamxett il-Birgu u l-Kalkara ma kisbu l-ebda punt. Fi tmiem ir-regatta, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius ipprezenta it-Trofew lis-Segretarju tal-Klabb Simon Micallef u s-Shield lil President Ian Farrugia fost il-ferh tal-qaddiefa, delegati u helpers tad-distrett ta' Birzebbuga. Ic-celebrazzjonijiet baqghu ghaddejin sa tard bil-lejl fil-kazini ta Birzebbuga.  

National Indoor Rowing Championship - 2015

Il-Hames qaddiefa ta' Birzebbuga li hadu sehem fin-National Indoor Rowing Championship. Mix-Xellug: Romina Bugeja, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Manwel Magro u Clifford Bugeja. Fir-ritratt jidher ukoll Mel Magro.

Il-Qaddief ta' Birzebbuga Glenn Zammit li rebah il-Kategorija Male Lightweight, u b'hin eccelenti ta' 1:33.6 ikkalissifika ma l-aqwa 10 tad-Dinja fil-Kategorija tieghu.






1. Romina Bugeja tircievi it-Trofew bhala rebbieha tal-Heavyweight Female

2. Manwel Magro 

3. Russell Bugeja 

4. Clifford Bugeja

 

Laqgha Generali Annwali 2015

Il-Laqgha Generali Annwali tal-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport inzammet il-Hadd, 18 t'Ottubru 2015 fix-Showroom li tinsab fi Triq Zaren Dalli (quddiem il-Posta).


Il-Laqgha giet immexxija mis-Sur Anthony Caruana, l-ex-Segretarju ta' l-Ghaqda Regatta Nazzjonali. Attenda wkoll il-Profs Joseph Grima, il-President ta' l-Ghaqda Regatta Nazzjonali.


Is-Segretarju qara l-Minuti u wara Rapport Amministrattiv ferm dettaljat.Il-Kaxxier qara ir-Rendikont Finanzjarju flimkien mad-dikjarazzjoni mill-Awditur. Dawn kollha gew approvati mill-membri prezenti.


Wara ghaddejna biex gew co-opted tlett membri godda fil-Kumitat. Dawn huma Christ Bugeja, Edward Ferriggi u Clayton Vella.


Il-Kumitat innomina lis-Sur Simon Vella u lis-Sinjura Tereza Aquilina ghall-Presidenti Onorarji u gew approvati unanimament mill-membri.


Saru diversi interventi u suggeriment mill-membri prezenti, Il-President ghalaq il-Laqgha bid-diskors ta' l-gheluq.


Wara l-Laqgha sar riceviment zghir ghal-dawk prezenti.

 

Merhba misthoqqa lil Dirk u Damien Attard

Membri tal-Kumitat tal-Klabb Regatta Birzebuga flimkien mall- Vici Sindku taw merhba lill-qaddiefa ta' Birzebbuga Dirk u Damien Attard mall-wasla taghhom minn Milan wara s-sucessi li kisbu ma Malta fil Coppa Europa, fejn rebhu Il kategorija ta' U/18. Proset lil-kontingent kollu.

Il-Crew Malti ta' l-Under 18 fl-1 post

L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif li mexxiet il-kontingent Malti gewwa l-Italia, habbret li Malta giet l-ewwel fit-tigrija tal-gozzo (U18 u kbar) u t-tielet fil-European Cup tal-Jole. 

Il-Crew ta' l-Under 18 kien kompost miz-zewg qaddiefa Birzebbugin, it-tewmin Dirk u Damien Attard, flimkien ma  Francesco Paris u Antoine Brignone + Glenn Brincat coxwain

Din ma kienetx haga facli, specjalment meta wiehed iqis il-limatazzjonijiet kbar li ghandna. Dan juri wkoll li hemm potenzjal kbir f'dan l-isport li hemm bzonn jigi kkurat u sostnut. L-Ghaqda irringrazzjat lil Clubs tar-Regatta u lil Malta Olympic Committee, KMS u lis-segretarjat u Onor. Chris Agius ta' l-ghajnuna taghhom.

Dirk Attard u Damian Attard mat-Team Malti tar-Rowing

Illum, 7 t'Ottubru 2015, halla Malta fuq titjira ta' l-Air Malta il-kontingent Malti li se jiehu sehem f'Regatta Internazzjonali gewwa l-Italja.


Jaghmlu parti minn dan il-kontingent insibu iz-zewg zaghzagh tewmin minn Birzebbuga, Dirk Attard u Damian Attard, li fir-Regatta tal-Vitorja 2015 rebhu it-tigrija tal-Frejgatini tal-Kategorija B.



Awguri lit-Team Malta, specjalment liz-zewg zaghzagh Birzebbugin.

 

 

Regatta tal-Vitorja 2015 

Wara s-success fir-Regatta ta' Jum il-Helsien, l-aspettativi ghar-Regatta tal-Vitorja kienu gholjin hafna. Dan anki wara li Birzebbuga kompliet tissahhah b'akkwisti godda....

 

Regatta Youths+ (Under 18) 2015

Birzebbuga fit-Tieni Post Overall


Klassifika

1. Bormla
2. Birzebbuga u Kalkara

3. Isla

 

Birzebbuga tirbah ir-Regatta ta' Jum il-Helsien

REBHA STORIKA GHALL-BIRZEBBUGA - BIRZEBBUGA SHOCK THE FAVOURITES
Id-Distrett ta' Birzebbuga rebah ir-Regatta ta' Jum il-Helsien ghall-ewwel darba fl-istorja tieghu. Dan wara li l-qaddiefa ta' Birzebbuga irnexxielhom jidhlu l-ewwel fit-tigrijiet tal-Midalji u l-Frejgatini, it-Tieni fit-Tigrija ta' Bl-Erbgha u t-Tielet fit-Tigrija ta' Bi Tnejn. Il-Klassifika Finali spiccat hekk:-

  • Birzebbuga 54 punt - Rebbieha tas-Shield ta' Jum il-Helsien
  1. Senglea 40 punt
  2. Marsa 36 punt
  3. Bormla 28 punt
  4. Marsamxett 8 punti
  5. Kalkara 6 punti
  6. Birgu minghajr ebda punt

Il-Hames qaddiefa flimkien mat-tmunier li kienu protagonisti fir-Rebha Storika ta' Birzebbuga. Dan ir-ritratt huwa mehud fil-Knisja Parrokjali ta' San Pietru wara quddiesa ta' Ringrazzjament li saret nhar l-Erbgha, 8 t'April 2015. Mix-xellug naraw lil Adrian Schembri, Christian Camilleri, Clayton Fiteni, Rhys Fiteni, Donald Gilford u quddiem ic-ckejkna Khiana Camilleri li kienet it-tmunier fil-Frejgatina.

Il-Crew ta' Bl-Erbgha li ha sehem fil-Kategorija B jiccelebra l-ewwel post wara taqtiegha harxa mad-Dghajjes ta' Maramxett u l-Kalkara.

Il-qaddiefa ta' Bl-Erbgha jircievu il-Palju ta' l-Ewwel.
Klabb Regatta Birzebbuga Freeport est.1971
Wied il-Buni, Birzebbuga
Malta


Registered: SportMalta (KMS)
Affiliated: Ghaqda Regatta Nazzjonali

[email protected]

Contact Us

Thank you for contacting us. We will get back to you as soon as possible
Oops. An error occurred.
Click here to try again.