klabb regatta BIRZEBBUGA FREEPORT est. 1971

Affiljati fl-Ghaqda Regatta Nazzjonali u registrati mall-Kunsill Malti ghall-Isport

Laqgha Generali Annwali 2017

Nhar il-Hadd, 22 t’Ottubru 2017, inzammet il-Laqgha Generali Annwali tal-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport. Ghall-ewwel darba, il-Laqgha saret fil-bitha tal-premises f’ Wied il-Buni, fejn kienu esebiti iz-zewg Shields li inrebhu din is-sena, dik ta’ l-Under 18 u tar-Regatta ta’ Birzebbuga.


Il-President fetah il-Laqgha bit-talba u diskors qasir. Wara, is-Segretarju qara l-Minuti ta’ l-ahhar Laqgha Generali li gew approvati. Is-Segretarju ghamel ukoll ir-Rapport Amministrattiv, flimkien mar-rapporti dettaljati dwar l-erba’ Regatti li d-distrett ta’ Birzebbuga ha sehem fijhom matul l-istagun 2017.


Kien imiss lill-Kaxxier sabiex jaqra ir-Rendikont Finanzjarju ghas-sena Finanzjarja 2016/2017 fejn ta stampa tad-dhul u l-hrug bejn Ottubru 2016 u Settembru 2017. Peress li l-Kumitat jinhatar ghal sentejn, din is-sena ma kienx hemm il-hatra ta’ Kumitat gdid.


Fl-ahhar parti tal-Laqgha, is-Segretarju qal li sar hafna xoghol fuq l-istatut, fejn l-emendi li saru matul is-snin gew imdahhla f’posthom, u dawn gew approvati. Inghata taghrif dwar il-progetti li jinsabu ghaddejin bhalissa.


Wara saru xi interventi u kummenti minn dawk prezenti. Il-President ghalaq din il-Laqgha Generali fejn awgura li jkollna sena ta’ hidma mill-aqwa ghall-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport.

Birzebbuga tirbah l-ewwel edizzjoni tal-Birzebbuga Regatta - Shield 'Mabbli Vella'

Il-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport rebah l-ewwel edizzjoni tal-Birzebbuga Regatta. Din ir-Regatta giet organizzata mill-Kunsill Lokali ta' Birzebbuga bil-kollaborazzjoni tal-Gvern Lokali, nhar is-Sibt, 23 ta' Settembru 2017, fil-bajja ta' Birzebbuga (bejn il-Freeport Terminal u l-Pitch tal-Waterpolo). 

Hames distretti hadu sehem f'din l-ewwel edizzjoni (Birzebbuga, Bormla, Birgu, Valletta/Marsamxett u l-Kalkara). Numru sabih ta' dilettanti, kemm minn Birzebbuga kif ukoll mill-lokalitajiet partecipanti, segwew il-hames tigrijiet. Din ir-Regatta kienet success kbir u mistennija tidhol fil-Kalendarju sportiv tal-Kunsill Lokali.

Birzebbuga rebhet l-Aggregate Shield wara li rbahna tlett tigrijiet u gejna it-tieni u t-tielet fit-tnejn l-ohra. Grazzi kbira lill-qaddiefa zaghzagh taghna, li gabu dan l-unur ghall-Klabb taghna u ghal Birzebbuga.

Ir-Rizultati kienu dawn:-

Tal-Pass X 4    Birzebbuga, Bormla , Birgu

Frejgatini          Birzebbuga, Bormla, Birgu

Tal-Pass X 2    Bormla, Birgu, Birzebbuga

Kajjiki               Bormla, Birzebbuga, Marsamxett

Tal-Pass X 4    Birzebbuga, Birgu, Bormla


Klassifika


Birzebbuga      70

Bormla                  60

Birgu                     38

Marsamxett          4

Kalkara                 0

L-Ekwipaggi ta Birzebbuga kienu dawn:-


Bl-Erbgha: Dirk Attard, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Sean Schembri

Frejgatini: Dirk Attard, Damien Attard, Chasney Ciantar                

Bi Tnejn: Owen Micallef, Clifford Bugeja                

Kajjiki: Glenn Zammit, Andre Gauci            

Bl-Erbgha: Dirk Attard, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Sean Schembri

Kien tassew f’waqtu li l-Kunsill iddedika din ix-Shield ghall-Memorja tal-Fundatur ta l-ewwel klabb tar-Regatta ta’ Birzebbuga, il-mibki izda qatt minsi Mabbli Vella.

 

Birzebbuga tirbah ir-Regatta tal-Youths (Under 18)

Birzebbuga irnexxiela twaqqaf il-monopolju tal-Kottonera kif ukoll ir-rekord ta’ sitt rebhiet infila mid-distrett ta Bormla fir-Regatta ghat-tfal ta taht it-tmintax il-sena. Birzebbuga rebhet ir-Regatta tal-Youths (Under 18) edizzjoni 2017, ghall-ewwel darba fl-istorja tal-Klabb. 


Minn kemm ila tintrebah din is-Shield, jigifieri mill-1999, kienu Bormla, l-Isla u l-Birgu li sa issa kienu naqqxu isimhom fuqha. Issa ghandna wkoll lil Birzebbuga.


Birzebbuga ghamlet dan, wara rebhiet fit-tigrijiet ta’ Bl-Erbgha, Ta Bi Tnejn u Ta’ Bl-Erbgha, filwaqt li spiccat fit-tielet post fil-Frejgatini u l-Kajjiki. B’total ta’ 72 punt, Birzebbuga ghamlet rebha meritata, segwita mill-Isla u Bormla.

L-Ekwipaggi ta' Birzebbuga kienu dawn:-


Bl-Erbgha: Owen Galea, Owen Micallef, Russel Bugeja, Clyde Ciantar

Frejgatina: Meod Ciantar, Mel Magro, Chasney Ciantar (tmunier)

Bi Tnejn: Owen Micallef, Russel Bugeja

Kajjik: Owen Galea, Clyde Ciantar

Bl-Erbgha: Owen Galea, Owen Micallef, Russel Bugeja, Clyde Ciantar

 

Glenn Zammit jirbah il-Midalja tad-Deheb fil-British Indoor Rowing Championship Men LWT U23

Nhar is-Sibt, 10 ta' Dicembru 2016, kienet gurnata storika ghall-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport. Dan ghaliex il-qaddief zaghzugh taghna Glenn Zammit rebah il-Midalja tad-Deheb fil-500m Men's LightWeight Under 23, waqt il-British Indoor Rowing Championships li saru f'Lee Valley VeloPark - Queen Elizabeth Olympic Park gewwa Londra. Dan huwa unur kbir kemm ghal Malta kif ukoll ghal Birzebbuga. 

Fir-ritratt ta' fuq naraw lil Glenn Zammit flimkien ma l-atleti li gew it-Tieni u t-Tielet. 

Glenn Zammit kien parti mill-kontingent Malti li kien immexxi mill-Profs. Joseph N. Grima, il-President ta' l-Ghaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Iehor. Il-Maltin irnexxielna nirbhu zewg Midalji tad-Deheb, wahda dik li diga semmejna minn Glenn Zammit u l-ohra minn Juan Carlos Farrugia ta Marsamxett/Valletta Regatta Club. 


Fir-ritratti ta fuq naraw lil grupp Malti kif ukoll lil Glenn Zammit u Juan Carlos Farrugia flimkien mal-coach Ken Lakes u l-Profs Joseph Grima.

Mal-wasla tieghu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, Glenn Zammit inghata merhba misthoqqa minn membri tal-Kumitat u qaddiefa tad-Distrett ta' Birzebbuga fejn gie prezentat bukkett fjuri mis-Segretarju tal-Klabb Simon Micallef.

Manutenzjoni Estensiva fuq id-Dghajsa tal-Pass ’22 ta’ Frar’

Is-sena d-diehla, 2017, id-Dghajsa tal-Pass ‘22 ta’ Frar’ taghlaq 10 snin minn meta bdiet tinbena mill-Imghallem Alex Gatt (il-Boogy) fil-Mahzen li l-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport kellhu f’Xatt ir-Rizq, il-Birgu.


Matul dawn is-snin saru diversi interventi ta’ zebgha fuq din id-dghajsa, imma issa l-Kumitat dehrlu li wasal iz-zmien li ssir manutenzjoni estensiva fuq it-‘22 ta’ Frar’. Ghal din il-bicca xoghol delikata gie mqabbad l-Imghallem Mario Aquilina, li ghandu jibda dan ix-xoghol fil-granet li gejjin.


Din id-Dghajsa hija ferm ghall-qalb il-Birzebbugin ghaliex biha irnexxielna nirbhu 10 paljijiet kif jidher hawn taht:-


Ta’ l-Ewwel:  08/09/2008 - Ta bi Tnejn - Kat B

Ta’ l-Ewwel:  08/09/2008 - Ta’ bl-Erbgha - Kat B

Tat-Tielet:  31/03/2009 - Ta bi Tnejn - Kat B

Ta’ l-Ewwel:  31/03/2009 - Ta’ bl-Erbgha - Kat B

Tat-Tieni:  31/03/2011 - Ta’ Bi Tnejn - Kat B

Tat-Tielet:  31/03/2014 - Ta’ bl-Erbgha - Kat B

Tat-Tieni:  31/03/2015 - Ta’ Bi Tnejn - Kat B

Ta’ l-Ewwel:  31/03/2015 - Ta’ bl-Erbgha - Kat B

Ta’ L-Ewwel:  31/03/2016 - Ta’ Bi Tnejn - Kat B

Tat-Tieni:  31/03/2016 - Ta’ bl-Erbgha - Kat B


Il-Kumitat ser jaghmel minn kollox biex nibqghu ingawdu din id-dghajsa ghal iktar snin li gejjin, dghajsa li hija msemmija ghall-gurnata tant ghaziza tal-Katedra ta’ San Pietru li niccelebraw kull 22 ta’ Frar.


Min jixtieq jaghti xi donazzjoni b’rizq dan il-progett jista’ javvicina lil xi membru tal-Kumitat. Grazzi bil-quddiem ta’ l-ghajnuna. 

 
 

Disinn Gdid ghall-Imqadef









Fir-ritratt naraw l-ewwel moqdief li gie mizbugh bid-disinn il-gdid.


Id-disinn sar minn Peter Aquilina.

 

Zewg Opri Godda ghal Birzebbuga

Fir-Regatta tal-Vitorja 2015 id-Distrett ta' Birzebbuga kompla jirrinova il-flotta tieghu b'zewg opri godda: Dghajsa tal-Midalji li ssemiet Maria Carmela II u Kajjik li gie msemmi San Pietru. Dawn iz-zewg opri inhadmu mill-Imghallem Mario Aquilina (tar-Ratal) minn Birzebbuga.

Il-Kajjik San Pietru

Id-Dghajsa tal-Midalji 'Maria Carmela II'

Ix-Shield ta' Jum il-Helsien ma San Pietru

Matul il-Gimgha tal-Festa ta' San Pietru, ix-Shield ta' Jum il-Helsien tpoggiet magenb il-vara ta' San Pietru fil-Knisja Parrokjali.

 

Regatta Youths+ (Under 18) 2015

Birzebbuga fit-Tieni Post Overall


Klassifika

1. Bormla
2. Birzebbuga u Kalkara

3. Isla


Tigrija Numru 1. Dgħajjes tal-Pass b’4 qaddiefa:
1. Bormla
2. Kalkara
3. Birzebbuga


Tigrija Numru 2. Frejgatini:
1. Birzebbuga
2. Isla
3. Kalkara


Tigrija Numru 3. Dgħajjes tal-Pass b’2 qaddiefa:
1. Bormla
2. Kalkara
3. B’Buga


Tigrija Numru 4. Kajjikki:
1. Isla
2. Bormla
3. Kalkara


Tigrija Numru 5. Dgħajjes tal-Pass b’4 qaddiefa:
1. Bormla
2. Birzebbuga
3. Kalkara

Il-Frejgatina ta' Birzebbuga fl-Ewwel post

Id-Dghajsa ta' Bl-Erbgha

Tghallem il-Qdif


Dawk li jixtiequ jibdew jitghallmu l-isport tal-qdif mal-Klabb Regatta Birzebbuga huma mhegga sabiex javvicinaw lil xi membru tal-Kumitat.