klabb regatta BIRZEBBUGA FREEPORT est. 1971

Affiljati fl-Ghaqda Regatta Nazzjonali u registrati mall-Kunsill Malti ghall-Isport

Birzebbuga Tirbah l-Aggregate Shield ta' Jum il-Helsien - Kategorija A - 31/3/2015

Birzebbuga rebhet l-Aggregate Shield tar-Regatta ta' Jum il-Helsien 2015 Kategorija A, f'dak li huwa meqjus bhala l-iktar unur prestigjuz kemm ghall-Klabb Regatta Birzebbuga kif ukoll ghall-kamp sportiv in generali gewwa Birzebbuga. Il-President Ian Farrugia ircieva is-Shield minghand is-Segretarju Parlamentari Chris Agius fost il-ferh tal-qaddiefa u partitarji.


Il-Klassifika spiccat hekk:

  • Birzebbuga 54 punt 
  1. Senglea 40 punt
  2. Marsa 36 punt
  3. Bormla 28 punt
  4. Marsamxett 8 punti
  5. Kalkara 6 punti
  6. Birgu minghajr ebda punt

L-Ekwipaggi ta' Birzebbuga kienu dawn:-

Tal-Midalji: Rhys Fiteni, Christian Camilleri, Adrian  Schembri u Donald Gilford - l-Ewwel Post
Frejgatini: Rhys Fiteni, Christian Camilleri u Khiana Camilleri (tmunier) - l-Ewwel Post
Ta' Bi Tnejn: Clayton Fiteni u Adrian Schembri - It-Tielet Post
Kajjiki: Christian Camilleru u Donald Gilford
Ta' Bl-Erbgha: Rhys Fiteni, Clayton Fiteni, Adrian  Schembri u Donald Gilford - It-Tieni Post


 

B'Bugia Tirbah ix-Shield tal-Vitorja (Kat B) - 8/9/2008

Birzebbuga nizzlet isimha ghall-ewwel darba fuq Shield tar-Regatta meta rebhet ir-Regatta tal-Vitorja 2008 tal-Kategorija B.


B'erbgha Paljijiet ta' l-ewwel u iehor tat-Tieni, Birzebbuga iddominat din ir-Regatta u spiccat fl-ewwel post f'din il-Klassifika:-


Birzebbuga 84

Kalkara 48

Isla 28

Marsa 12

Bormla 0

Birgu 0

Marsamxett 0


L-Ekwipaggi ta' Birzebbuga f'dan is-success storiku kienu dawn:-


Bi Tnejn: Clayton Fiteni u Joseph Flask - L-Ewwel Post

Kajjik: Louis Bonello u Clifford Curmi - It-Tieni Post

Midalji: Gino Viacava, Clayton Fiteni, Joseph Flask u Charlie Gauci - L-Ewwel Post

Frejgatina: Gino Viacava, Twanny Viacava u Leonie Azzopardi (Tmunier) - L-Ewwel Post

B'Erbgha: Louis Bonello, Clayton Fiteni, Joseph Flask u Charlie Gauci - L-Ewwel Post

 

Tasal l-Ewwel Rebha - 31/03/2007

Fir-Regatta ta' Jum il-Helsien 2007, Birzebbuga irregistrat l-ewwel rebha, meta John Martin Mifsud u Joseph Flask rebhu it-Tigrija ta' Bi Tnejn fil-Kategorija A. B'hekk Birzebbuga rebhet il-Palju ta' l-Ewwel. 


F'dik ir-Regatta Birzebbuga ikklassifikat fit-Tieni post, 4 punti biss wara Bormla u l-Marsa li qasmu l-Unur bejniethom.

 

Jintrebah l-Ewwel Palju - 08/09/2005

Fir-Regatta tal-Vitorja 2005, id-Distrett ta' Birzebbuga rebah l-ewwel palju fl-Istorja tieghu.


Dan il-Palju tat-Tielet post wasal meta l-crew kompost minn Mark Galea u Stefan Aquilina gew it-Tielet fit-Tigrija ghad-Dghajjes tal-Pass b'zewg Imqadef tal-Kategorija Open.


Fir-Ritratt naraw l-entuzjazmu tal-qaddiefa u kumitat wara dan il-Palju storiku.

 

Jigi ri-organizzat id-Distrett ta' Birzebbuga - 7/11/2004

Jitwaqqaf il-Klabb Regatta Birzebbuga


Nhar is-7 ta' Novembru 2004 gie mwaqqaf il-Klabb Regatta Birzebbuga. Dakinhar inhatar l-ewwel Kumitat u gie approvat l-Istatut tal-Klabb fl-Laqgha Generali li saret fis-Sala tal-Kunsill Lokali ta' Birzebbuga. Anton Cutajar inhatar bhala President tal-Klabb.   


Ad Multos Annos.