Nhar is-Sibt, 17 ta' Novembru 2018, gew organizzati il-Malta Indoor Rowing Championship gewwa l-Universita ta' Malta. Il-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport kien irraprezentat permezz tal-qaddief Glenn Zammit.
Glenn Zammit irnexxielu jirbah zewg Kategoriji, dik ta' 2000 Light Weight u 500 Light Weight.
Il-President ta' l-Ghaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Iehor, is-Sur Stephen Paris, jipprezenta il-Midalja lil Glenn Zammit. Prosit Glenn.
Qaddiefa ta' Birzebbuga jaqdfu f'dghajjes Taljani tal-Coastal Rowing - zur il-pagna 'Ahbarjiet'.
Ghal iktar taghrif dwar il-Laqgha Generali Annwali 2018 zur il-pagna 'Ahbarjiet' kif ukoll il-pagna 'Taghrif Generali' dwar il-Kumitat 2018/019.
Zur il-Pagna 'Ahbarjiet' ghal-iktar taghrif dwar dan l-Anniversarju.
Ippublikajna wkoll artikli godda interessanti fil-pagna 'Artikli ohra'.
Gimghatejn wara r-Regatta tal-Vitorja, giet organizzata ir-Regatta ta’ Birzebbuga. Din it-tieni edizzjoni inzammet nhar is-Sibt, 22 ta’ Settembru fil-Bajja ta’ Birzebbuga u kienet organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuga.
Kienu tlett distretti li ippartecipaw f’din l-edizzjoni, il-Birgu, l-Kalkara u naturalment Birzebbuga. Ghall-ewwel darba saret tigrija tan-nisa li kienet tghodd mal-punti tax-Shield. L-unika distrett li ha sehem f’din it-tigrija kienu l-Birgu u dawn hadu 12 il-punt. Birzebbuga giet l-ewwel f’Ta Bl-erbgha (punti bhall tal-Midalji), fil-Frejgatini, fil-Kajjiki u f’Ta’ Bl-Erbgha, filwaqt li d-Dghajsa ta' Bi Tnejn dahlet it-Tieni wara l-Birgu.
B’total ta' 80 punt Birzebbuga rebhet ix-Shield ghat-tieni sena konsekuttiva, segwiti mill-Birgu bi 68 punt u l-Kalkara b’36 punt. Is-Sindku ta’ Birzebbuga Joe Cutajar flimkien ma Kunsillieri ohrajn, ipprezenta is-Sheld ‘Mabbli Vella’ lil President ta’ Birzebbuga Ian Farrugia.
Ir-Regatta tal-Vitorja 2018 giet iddominata mid-Distrett ta' Bormla li rebah l-10 tigrijiet fil-Kategoriji A u B filwaqt li fit-tigrija tan-nisa (li ma kienetx tghodd mal-punti) dahlu l-ewwel flimkien mal-Kalkara.
Minkejja li Bormla kienu favoriti, id-dilettanti stennew Regatta iktar kumbattuta, anki wara li l-hinjiet fl-ahhar provi fil-Kanal bdew juru li Birzebbuga kienu qedin tajjeb hafna fil-Midalji u f'Ta' Bl-Erbgha.
Birzebbuga kellha tikkuntenta bit-tielet post overall kemm fil-Kategorija A kif ukoll fil-Kategorija B. Fuq nota pozittiva naraw li b'Total ta' 26, Birzebbuga kisbet l-ghola ammont ta' Punti minn kemm ilha tiehu sehem fit-Tigrija tal-Vitorja tal-Kategorija A.
Nhar l-Erbgha, 11 t'April saret quddiesa ta' ringrazzjament fil-Knisja Parrokjali ta' San Pietru. Ghal din il-quddiesa attendew il-qaddiefa u l-Kumitat, kif ukoll dilettanti tar-Regatta.
Id-Distrett ta' Birzebbuga irnexxielu jirbah ir-Regatta ta' Jum il-Helsien ghat-tieni darba fl-istorja tal-Klabb. Din kienet meqjusa bhala wahda mill-isbah tigrijiet li qatt rajna f'dawn l-ahhar snin.
Aktar taghrif fil-pagna 'Ir-Regatti Nazzjonali'
Hekk kif ghaddiet ir-Regatta tal-Vitorja 2017, inbeda ix-xoghol fuq il-manutenzjoni tal-karrijiet li jintuzaw biex jingarru id-dghajjes tar-Regatta. Dawn il-karrijiet huma importanti, ghax apparti li fuqhom jingarru l-opri minn post ghall-iehor, jintuzaw ukoll waqt it-tahrig biex jigu varati id-dghajjes, u b'hekk tittaffa xi ftit it-tbatija.
Apparti ix-xoghol ta' manutenzjoni fuq hames karrijiet, saru erba' karrjiet godda, biex b'hekk kull dghajsa li tintuza fir-Regatta jkollha il-karru taghha.
Ix-xoghol gie ko-ordinat mill-President Ian Farrugia u fuqu hadmu kemm xi membri tal-kumitat kif ukoll xi qaddiefa. Ringrazzjament specjali imur lejn il-Kumpanija E & L Enterprises ta' Hal Far li ghamlitilna ix-xoghol tal-Blasting u Galvanizing minghajr hlas.
Grazzi lil kull min ta' sehemu f'dan ix-xoghol li tant kien mehtieg sabiex isir.
Success iehor mill-qaddiefa ta’ Birzebbuga fil-MaltCo Indoor Rowing Challenge
Nhar is-Sibt, 30 ta’ Settembru giet organizzata kompetizzjoni ta’ l-Indoor Rowing minn SportMalta flimkien ma MaltCo u Lakes Fitness Studio, fi Pjazza San Gorg, il-Belt Valletta.
It-Tlett qaddiefa li irraprezentaw lil Birzebbuga kienu Clifford Bugeja, Russell Bugeja u Glenn Zammit. Clifford Bugeja gie it-tielet fil-Heavyweight, Russell Bugeja gie l-ewwel fl-Under 19 filwaqt li Glenn Zammit gie l-ewwel fil-Lightweight.
B’hekk Birzebbuga irnexxiela tirbah zewg Midalji tad-Deheb u ohra tal-Bronz f’din il-kompetizzjoni Nazzjonali.
Fir-Regatta tal-Vitorja 2017 id-Distrett ta' Birzebbuga irnexxielu jirbah sitt paljijiet, tnejn fil-Kategorija A u erbgha fil-Kategorija B.
Bormla irnexxielhom jrbhu kemm il-Kategorija A kif ukoll il-Kategorija B.
Fil-Kategorija B, Birzebbuga ikklasifikat fit-tieni post. Fir-ritratt naraw il-qaddiefa ta Birzebbuga flimkien mas-Segretarju waqt il-prezentazzjoni tal-Paljijiet, li saret fil-Cottonera Sports Complex fit-12 ta' Settembru 2017.
Birzebbuga irnexxiela twaqqaf il-monopolju tal-Kottonera kif ukoll ir-rekord ta’ sitt rebhiet infila mid-distrett ta Bormla fir-Regatta ghat-tfal ta taht it-tmintax il-sena. Birzebbuga rebhet ir-Regatta tal-Youths (Under 18) edizzjoni 2017, ghall-ewwel darba fl-istorja tal-Klabb.
Ir-Regatta ta’ Jum il-Helsien 2017 kienet wahda ferm pozittiva ghall-Birzebbuga. Dan ghaliex waqt din ir-regatta intrebhu xejn inqas minn tmien paljijiet, 4 fil-Kategorija A u 4 fil-kategorija B.
Dan huwa l-ikbar numru ta paljijiet li qatt intrebhu minn Birzebbuga f’Regatta wahda. Dawn il-paljijiet kienu jfissru wkoll li Birzebbuga giet fit-tieni post overall kemm fil-Kategorija A kif ukoll fil-Kategorija B. Ghal darbohra l-ekwipaggi fid-dghajjes blu, bojod u homor kienu komposti minn qaddiefa prodott tal-klabb, fil-maggoranza taghhom zaghzagh. Dawn il-qaddiefa gibdu l-ammirazzjoni tad-dilettanti tar-regatta li kienu prezenti numeruzi fil-Port il-Kbir.
Ghar-Regatta tal-Vitorja 2017, id-Distrett ta' Birzebbuga ser izanzan zewg opri godda. Dawn huma dghajsa tal-Pass u dghajsa tal-Midalji.
Id-Dghajsa tal-Pass ser tkun sponsorjata minn Sport Malta, li s-sena li ghaddiet nedew skema biex jisponsorjaw dghajsa tal-Pass lis-seba' distretti li jippartecipaw fir-Regatta.
Id-Dghajsa l-ohra, dik tal-Midalji ser tkun imhallsa mill-fondi tal-Klabb. Din id-dghajsa hija bzonnjuza hafna ghaliex fil-prezent ghandna biss dghajsa wahda tal-Midalji li tista tintuza, peress li d-dghajsa l-ohra ghanda hafna hsarat.
Dawn iz-zewg dghajjes sejrin jinbnew mill-Imghallem Mario Aquilina li diga rcieva id-depozitu min-naha tal-Kumitat biex ikun jista jibda' dan ix-xoghol.
Ix-xoghol ta' manutenzjoni fuq id-Dghajsa tal-Pass '22 ta' Frar' wasal fil-fazi finali tieghu.
Issa jonqos li din id-dghajsa terga' tinzebah mill-gdid bil-kuluri ta' Birzebbuga u tkun lesta fil-hin ghat-tahrig bhala preparazzjoni ghar-Regatta ta' Jum il-Helsien 2017.
Dan ix-xoghol gie kkumissjonat lill Imghallem Mario Aquilina li ghamel it-tibdil mehtieg fl-injam li kien hemm bzonn jinbidel.
Huwa kien mghejjun minn Andre Taylor u Clayton Vella, li ghamlu ix-xoghol kollhu ta' xkatlar u xoghol iehor li kien hemm bzonn, taht is-supervizjoni ta Mario Aquilina.
Il-Qaddief ta Birzebbuga Glenn Zammit ghamel unur kbir kemm ghall-Malta kif ukoll ghall-Klabb Regatta Birzebbuga, meta nhar is-Sibt, 10 ta' Dicembru 2016, rebah il-Midalja tad-Deheb waqt il-British Indoor Rowing Championships fil-500m Men LWT U23.
Is-sena d-diehla, 2017, id-Dghajsa tal-Pass ‘22 ta’ Frar’ taghlaq 10 snin minn meta bdiet tinbena mill-Imghallem Alex Gatt (il-Boogy) fil-Mahzen li l-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport kellhu f’Xatt ir-Rizq, il-Birgu. Il-Kumitat dehrlu li wasal iz-zmien li ssir manutenzjoni estensiva fuq it-‘22 ta’ Frar’.
Min jixtieq jaghti xi donazzjoni b’rizq dan il-progett jista’ javvicina lil xi membru tal-Kumitat. Grazzi bil-quddiem ta’ l-ghajnuna.
Nhar il-Hadd 23 t'Ottubru 2016, saret il-Laqgha Generali Annwali tal-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport fis-sala tal-Kunsill Lokali Birzebbuga. Waqt il-Laqgha inqraw u gew approvati il-Minuti tal-Laqgha tas-sena l-ohra, ir-Rapport Amministrattiv u r-Rapport Finanzjarju. Kien hemm diversi interventi u suggeriment mill-membri prezenti. Steve Briffa gie mahtur bhala Membru Onorarju tal-Klabb bhala rikonoxximent tax-xoghol li jaghmel.
Inhatar ukoll il-Kumitat ghas-sentejn li gejjin:- Ian Farrugia (President), Simon Micallef (Segretarju), Alex Azzopardi (Kaxxier), Mario Aquilina (Direttur tad-Dghajjes), Louis Balzia, Andre Taylor, Tommy Aquilina, Edward Ferriggi, Clayton Vella u Christ Bugeja.
Il-Kumitat jirringrazja lil Kevin Camilleri li minhabba ragunijiet personali ma setghax ikompli fil-kumitat.
Fir-Regatta tal-Vitorja 2016 Birzebbuga ippartecipat fil-Kategorija A. L-uniku palju wasal fit-Tigrija tal-Frejgatini meta Dirk u Damien Attard bil-coxswain Meod Ciantar dahlu fit-tielet post bil-Frejgatina 'Tereza'
Fir-Regatta tal-Youths (Under 18) li saret nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju 2016, il-qaddiefa ta’ Birzebbuga irnexxielhom jikklassifikaw fit-tieni post overall wara d-distrett ta’ Bormla.
Dan ir-rizultat pozittiv wasal wara rebhiet bil-Frejgatina u l-Kajjik u t-tieni post f’ta Bl-Erbgha u f’ta Bi Tnejn.
L-erba' qaddiefa ta' Birzebbuga kienu Dirk Attard (Frejfatina u B'Erbgha), Damien Attard (Frejgatina, Kajjik u B'Erbgha), Russell Bugeja (Bi Tnejn, Kajjik u B'Erbgha) u Owen Micallef (Bi Tnejn u B'Erbgha). Il-coxswain fil-frejgatina kien Meod Ciantar.
Il-Hames qaddiefa ta' Birzebbuga li hadu sehem fin-National Indoor Rowing Championship. Mix-Xellug: Romina Bugeja, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Manwel Magro u Clifford Bugeja. Fir-ritratt jidher ukoll Mel Magro.
1. Romina Bugeja tircievi it-Trofew bhala rebbieha tal-Heavyweight Female
2. Manwel Magro
3. Russell Bugeja
4. Clifford Bugeja
Il-Laqgha Generali Annwali tal-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport inzammet il-Hadd, 18 t'Ottubru 2015 fix-Showroom li tinsab fi Triq Zaren Dalli (quddiem il-Posta).
Il-Laqgha giet immexxija mis-Sur Anthony Caruana, l-ex-Segretarju ta' l-Ghaqda Regatta Nazzjonali. Attenda wkoll il-Profs Joseph Grima, il-President ta' l-Ghaqda Regatta Nazzjonali.
Is-Segretarju qara l-Minuti u wara Rapport Amministrattiv ferm dettaljat.Il-Kaxxier qara ir-Rendikont Finanzjarju flimkien mad-dikjarazzjoni mill-Awditur. Dawn kollha gew approvati mill-membri prezenti.
Wara ghaddejna biex gew co-opted tlett membri godda fil-Kumitat. Dawn huma Christ Bugeja, Edward Ferriggi u Clayton Vella.
Il-Kumitat innomina lis-Sur Simon Vella u lis-Sinjura Tereza Aquilina ghall-Presidenti Onorarji u gew approvati unanimament mill-membri.
Saru diversi interventi u suggeriment mill-membri prezenti, Il-President ghalaq il-Laqgha bid-diskors ta' l-gheluq.
Wara l-Laqgha sar riceviment zghir ghal-dawk prezenti.
Membri tal-Kumitat tal-Klabb Regatta Birzebuga flimkien mall- Vici Sindku taw merhba lill-qaddiefa ta' Birzebbuga Dirk u Damien Attard mall-wasla taghhom minn Milan wara s-sucessi li kisbu ma Malta fil Coppa Europa, fejn rebhu Il kategorija ta' U/18. Proset lil-kontingent kollu.
Illum, 7 t'Ottubru 2015, halla Malta fuq titjira ta' l-Air Malta il-kontingent Malti li se jiehu sehem f'Regatta Internazzjonali gewwa l-Italja.
Jaghmlu parti minn dan il-kontingent insibu iz-zewg zaghzagh tewmin minn Birzebbuga, Dirk Attard u Damian Attard, li fir-Regatta tal-Vitorja 2015 rebhu it-tigrija tal-Frejgatini tal-Kategorija B.
Awguri lit-Team Malta, specjalment liz-zewg zaghzagh Birzebbugin.
Wara s-success fir-Regatta ta' Jum il-Helsien, l-aspettativi ghar-Regatta tal-Vitorja kienu gholjin hafna. Dan anki wara li Birzebbuga kompliet tissahhah b'akkwisti godda....
Birzebbuga fit-Tieni Post Overall
Klassifika
1. Bormla
2. Birzebbuga u Kalkara
3. Isla
Il-Hames qaddiefa flimkien mat-tmunier li kienu protagonisti fir-Rebha Storika ta' Birzebbuga. Dan ir-ritratt huwa mehud fil-Knisja Parrokjali ta' San Pietru wara quddiesa ta' Ringrazzjament li saret nhar l-Erbgha, 8 t'April 2015. Mix-xellug naraw lil Adrian Schembri, Christian Camilleri, Clayton Fiteni, Rhys Fiteni, Donald Gilford u quddiem ic-ckejkna Khiana Camilleri li kienet it-tmunier fil-Frejgatina.
Il-Crew ta' Bl-Erbgha li ha sehem fil-Kategorija B jiccelebra l-ewwel post wara taqtiegha harxa mad-Dghajjes ta' Maramxett u l-Kalkara.