klabb regatta BIRZEBBUGA FREEPORT est. 1971

Birzebbuga Freeport Rowing Club

Attivita ta' Coastal Rowing

Nhar il-Hadd, 21 t' Ottubru tlett qaddiefa ta' Birzebbuga hadu sehem f'attivita ta Coastal Rowing.Din il-qadfa saret f'dghajjes ta team Taljan li gew apposta f'Malta ghall din l-attivita.

Din l-attivita kienet ko-ordinata mis-Sur Ian Farrugia, President ta' Birzebbuga, li huwa wkoll Vici-President tal-Qdif Iehor fi hdan l-Ghaqda Regatta Nazzjonali.

 

Laqgha Generali 2018/2019

Il-Laqgha Generali Annwali tal-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport inzammet nhar il-Hadd, 21 t' Ottubru 2018 fil-bitha tal-premises tal-klabb gewwa Wied il-Buni, mill l-10:00 sa l-11:30.


Il-President fetah il-Laqgha bit-talba u rringrazzja lil dawk prezenti. Is-Segretarju qara l-minuti ta' l-ahhar Laqgha Generali li gew approvati. Wara s-Segretarju Simon Micallef ta Rapport Amministrattiv li kien ferm dettaljat u nformattiv. 


Kien imiss lill-Kaxxier Alex Azzopardi biex jaqra ir-Rapport Finanzjarju ghas-sena 2017/2018 li kien segwit mid-dikjarazzjoni ta l-Awditur Neville Farrugia Cann u l-approvazzjoni ta' dawk prezenti.


Fil-Laqgha ta' din is-sena kien imiss il-hatra tal-Kumitat 2018/2019. Ghall-karigi ta l-ufficjali kien hemm nomina ghall-kull kariga, nomina wahda ghad-Direttur tad-Dghajjes u seba' nomini ghall-membri. Dawn kollha gew approvati minghajr il-bzonn li jkun hemm elezzjoni. Ghall-formazzjoni shiha tal-Kumitat zur il-pagna 'Taghrif Generali'.

Gew imressqa zewg nominazzjonijiet ghall-Presidenti Onorarji li gew approvati. Il-President Onorarji l-godda huma s-Sur Carlo Stivala u l-Onorevoli Dr Owen Bonnici.


Giet imressqa emenda ghall-statut sabiex il-menswalita tizdied minn Eur5 ghal Eur10. Din l-emenda giet approvata.


Kien hemm diskussjoni interessanti dwar diversi suggetti.


Il-President Ian Frrugia ghalaq il-Laqgha billi ferah lil Kumitat il-gdid u awgura li jkollna sena ta hidma b'rizq il-Klabb Regatta Birzebbuga.

 

7 snin Anniversarju mill-ftuh tal-Premises

Nhar l-14 t'Ottubru 2011 infethu il-Premises tal-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport geww Wied il-Buni. Ghalkemm dawn il-Premises jikkonsistu f'zewg containers u bitha, kienu ferm importanti biex id-Distrett ta' Birzebbuga ikompli ghaddej bil-hidma tieghu b'umilta kbira.

Wara diskors mis-Segretarju s-Sur Simon Micallef, sar il-ftuh ufficcjali mill-President tal-Klabb Ian Farrugia flimkien mas-Sur Mark Portelli, Chairman tal-Malta Freeport Corporation. 

Il-Premises gew imbierka minn Dun Frans Schembri u wara kien hemm riceviment ghal dawk prezenti.

 

2018 Malta National Indoor Rowing Championships

Malta Rowing Association is pleased to announce the 2018 Malta National Indoor Rowing Championships and the Malta International Indoor Rowing Championships which will be held on Saturday 17th November 2018. The first race is scheduled to start at around 9.00am. In exceptional circumstances, a participant may be allowed to race on Friday 16th November 2018, under supervised race conditions.

Participants entering as ‘Lightweight’ must weigh-in on the day of their race at the Venue between 1-2 hours before the scheduled time of their first race.

Holders of Maltese passports who are registered with the Association as a Rower or Athlete and win in the full 2000m length will be given the right to represent Malta in international events that the Association may be invited to participate in.


For more details visit: maltarowing.com

 

Il-Klabb Regatta Birzebbuga jippartecipa fil-BeActive waqt il-ftuh tal-European Week of Sport

Nhar is-Sibt 22 ta' Settembru 2018 il-Klabb Regatta Birzebbuga flimkien mal-Birzebbuga Aquatic & Sports Club u l-Birzebbuga Sailing Club hadu sehem fl-attivita imtellgha minn SportMalta BeActive, waqt il-ftuh tal-European Week of Sport. Kmieni filghodu  l-Onorevoli Clifton Grima Parliamentary Secretary for Youth, Sport and Voluntary Organisations flimkien mas-CEO ta' SportMalta Mark Cutajar, fethu ufficjalment il-European Week of Sport permezz ta' konferenza ta l-ahbarjiet li ghaliha kien hemm prezenti il-President tal-Klabb Ian Farrugia.

Waqt din l-attivita il-klabb tar-Regatta ha sehem permezz ta' Dghajsa tal-Pass fejn il-pubbliku kien mistieden sabiex jinzel u jaghti qadfa f'din id-dghajsa flimkien mal-qaddiefa ta' Birzebbuga. Kienu diversi persuni li hadu sehem f'din l-inizjattiva specjalment tfal u zaghzagh.

 

Restawr fuq ix-Shield prestigjuza tal-Vitorja

 

Bnadar ta Birzebbuga fl-okkazjoni tar-Rebh tax-Shield

Laqgha Generali Annwali 2017

Nhar il-Hadd, 22 t’Ottubru 2017, inzammet il-Laqgha Generali Annwali tal-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport. Ghall-ewwel darba, il-Laqgha saret fil-bitha tal-premises f’ Wied il-Buni, fejn kienu esebiti iz-zewg Shields li inrebhu din is-sena, dik ta’ l-Under 18 u tar-Regatta ta’ Birzebbuga.


Il-President fetah il-Laqgha bit-talba u diskors qasir. Wara, is-Segretarju qara l-Minuti ta’ l-ahhar Laqgha Generali li gew approvati. Is-Segretarju ghamel ukoll ir-Rapport Amministrattiv, flimkien mar-rapporti dettaljati dwar l-erba’ Regatti li d-distrett ta’ Birzebbuga ha sehem fijhom matul l-istagun 2017.


Kien imiss lill-Kaxxier sabiex jaqra ir-Rendikont Finanzjarju ghas-sena Finanzjarja 2016/2017 fejn ta stampa tad-dhul u l-hrug bejn Ottubru 2016 u Settembru 2017. Peress li l-Kumitat jinhatar ghal sentejn, din is-sena ma kienx hemm il-hatra ta’ Kumitat gdid.


Fl-ahhar parti tal-Laqgha, is-Segretarju qal li sar hafna xoghol fuq l-istatut, fejn l-emendi li saru matul is-snin gew imdahhla f’posthom, u dawn gew approvati. Inghata taghrif dwar il-progetti li jinsabu ghaddejin bhalissa.


Wara saru xi interventi u kummenti minn dawk prezenti. Il-President ghalaq din il-Laqgha Generali fejn awgura li jkollna sena ta’ hidma mill-aqwa ghall-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport.

Birzebbuga tirbah l-ewwel edizzjoni tal-Birzebbuga Regatta - Shield 'Mabbli Vella'

Il-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport rebah l-ewwel edizzjoni tal-Birzebbuga Regatta. Din ir-Regatta giet organizzata mill-Kunsill Lokali ta' Birzebbuga bil-kollaborazzjoni tal-Gvern Lokali, nhar is-Sibt, 23 ta' Settembru 2017, fil-bajja ta' Birzebbuga (bejn il-Freeport Terminal u l-Pitch tal-Waterpolo). 

Hames distretti hadu sehem f'din l-ewwel edizzjoni (Birzebbuga, Bormla, Birgu, Valletta/Marsamxett u l-Kalkara). Numru sabih ta' dilettanti, kemm minn Birzebbuga kif ukoll mill-lokalitajiet partecipanti, segwew il-hames tigrijiet. Din ir-Regatta kienet success kbir u mistennija tidhol fil-Kalendarju sportiv tal-Kunsill Lokali.

Birzebbuga rebhet l-Aggregate Shield wara li rbahna tlett tigrijiet u gejna it-tieni u t-tielet fit-tnejn l-ohra. Grazzi kbira lill-qaddiefa zaghzagh taghna, li gabu dan l-unur ghall-Klabb taghna u ghal Birzebbuga.

Ir-Rizultati kienu dawn:-

Tal-Pass X 4    Birzebbuga, Bormla , Birgu

Frejgatini          Birzebbuga, Bormla, Birgu

Tal-Pass X 2    Bormla, Birgu, Birzebbuga

Kajjiki               Bormla, Birzebbuga, Marsamxett

Tal-Pass X 4    Birzebbuga, Birgu, Bormla


Klassifika


Birzebbuga      70

Bormla                  60

Birgu                     38

Marsamxett          4

Kalkara                 0

L-Ekwipaggi ta Birzebbuga kienu dawn:-


Bl-Erbgha: Dirk Attard, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Sean Schembri

Frejgatini: Dirk Attard, Damien Attard, Chasney Ciantar                

Bi Tnejn: Owen Micallef, Clifford Bugeja                

Kajjiki: Glenn Zammit, Andre Gauci            

Bl-Erbgha: Dirk Attard, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Sean Schembri

Kien tassew f’waqtu li l-Kunsill iddedika din ix-Shield ghall-Memorja tal-Fundatur ta l-ewwel klabb tar-Regatta ta’ Birzebbuga, il-mibki izda qatt minsi Mabbli Vella.

 

Birzebbuga tirbah ir-Regatta tal-Youths (Under 18)

Birzebbuga irnexxiela twaqqaf il-monopolju tal-Kottonera kif ukoll ir-rekord ta’ sitt rebhiet infila mid-distrett ta Bormla fir-Regatta ghat-tfal ta taht it-tmintax il-sena. Birzebbuga rebhet ir-Regatta tal-Youths (Under 18) edizzjoni 2017, ghall-ewwel darba fl-istorja tal-Klabb. 


Minn kemm ila tintrebah din is-Shield, jigifieri mill-1999, kienu Bormla, l-Isla u l-Birgu li sa issa kienu naqqxu isimhom fuqha. Issa ghandna wkoll lil Birzebbuga.


Birzebbuga ghamlet dan, wara rebhiet fit-tigrijiet ta’ Bl-Erbgha, Ta Bi Tnejn u Ta’ Bl-Erbgha, filwaqt li spiccat fit-tielet post fil-Frejgatini u l-Kajjiki. B’total ta’ 72 punt, Birzebbuga ghamlet rebha meritata, segwita mill-Isla u Bormla.

L-Ekwipaggi ta' Birzebbuga kienu dawn:-


Bl-Erbgha: Owen Galea, Owen Micallef, Russel Bugeja, Clyde Ciantar

Frejgatina: Meod Ciantar, Mel Magro, Chasney Ciantar (tmunier)

Bi Tnejn: Owen Micallef, Russel Bugeja

Kajjik: Owen Galea, Clyde Ciantar

Bl-Erbgha: Owen Galea, Owen Micallef, Russel Bugeja, Clyde Ciantar

 

Glenn Zammit jirbah il-Midalja tad-Deheb fil-British Indoor Rowing Championship Men LWT U23

Nhar is-Sibt, 10 ta' Dicembru 2016, kienet gurnata storika ghall-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport. Dan ghaliex il-qaddief zaghzugh taghna Glenn Zammit rebah il-Midalja tad-Deheb fil-500m Men's LightWeight Under 23, waqt il-British Indoor Rowing Championships li saru f'Lee Valley VeloPark - Queen Elizabeth Olympic Park gewwa Londra. Dan huwa unur kbir kemm ghal Malta kif ukoll ghal Birzebbuga. 

Fir-ritratt ta' fuq naraw lil Glenn Zammit flimkien ma l-atleti li gew it-Tieni u t-Tielet. 

Glenn Zammit kien parti mill-kontingent Malti li kien immexxi mill-Profs. Joseph N. Grima, il-President ta' l-Ghaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Iehor. Il-Maltin irnexxielna nirbhu zewg Midalji tad-Deheb, wahda dik li diga semmejna minn Glenn Zammit u l-ohra minn Juan Carlos Farrugia ta Marsamxett/Valletta Regatta Club. 


Fir-ritratti ta fuq naraw lil grupp Malti kif ukoll lil Glenn Zammit u Juan Carlos Farrugia flimkien mal-coach Ken Lakes u l-Profs Joseph Grima.

Mal-wasla tieghu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, Glenn Zammit inghata merhba misthoqqa minn membri tal-Kumitat u qaddiefa tad-Distrett ta' Birzebbuga fejn gie prezentat bukkett fjuri mis-Segretarju tal-Klabb Simon Micallef.

Manutenzjoni Estensiva fuq id-Dghajsa tal-Pass ’22 ta’ Frar’

Is-sena d-diehla, 2017, id-Dghajsa tal-Pass ‘22 ta’ Frar’ taghlaq 10 snin minn meta bdiet tinbena mill-Imghallem Alex Gatt (il-Boogy) fil-Mahzen li l-Klabb Regatta Birzebbuga Freeport kellhu f’Xatt ir-Rizq, il-Birgu.


Matul dawn is-snin saru diversi interventi ta’ zebgha fuq din id-dghajsa, imma issa l-Kumitat dehrlu li wasal iz-zmien li ssir manutenzjoni estensiva fuq it-‘22 ta’ Frar’. Ghal din il-bicca xoghol delikata gie mqabbad l-Imghallem Mario Aquilina, li ghandu jibda dan ix-xoghol fil-granet li gejjin.


Din id-Dghajsa hija ferm ghall-qalb il-Birzebbugin ghaliex biha irnexxielna nirbhu 10 paljijiet kif jidher hawn taht:-


Ta’ l-Ewwel:  08/09/2008 - Ta bi Tnejn - Kat B

Ta’ l-Ewwel:  08/09/2008 - Ta’ bl-Erbgha - Kat B

Tat-Tielet:  31/03/2009 - Ta bi Tnejn - Kat B

Ta’ l-Ewwel:  31/03/2009 - Ta’ bl-Erbgha - Kat B

Tat-Tieni:  31/03/2011 - Ta’ Bi Tnejn - Kat B

Tat-Tielet:  31/03/2014 - Ta’ bl-Erbgha - Kat B

Tat-Tieni:  31/03/2015 - Ta’ Bi Tnejn - Kat B

Ta’ l-Ewwel:  31/03/2015 - Ta’ bl-Erbgha - Kat B

Ta’ L-Ewwel:  31/03/2016 - Ta’ Bi Tnejn - Kat B

Tat-Tieni:  31/03/2016 - Ta’ bl-Erbgha - Kat B


Il-Kumitat ser jaghmel minn kollox biex nibqghu ingawdu din id-dghajsa ghal iktar snin li gejjin, dghajsa li hija msemmija ghall-gurnata tant ghaziza tal-Katedra ta’ San Pietru li niccelebraw kull 22 ta’ Frar.


Min jixtieq jaghti xi donazzjoni b’rizq dan il-progett jista’ javvicina lil xi membru tal-Kumitat. Grazzi bil-quddiem ta’ l-ghajnuna. 

 
 

Disinn Gdid ghall-Imqadef









Fir-ritratt naraw l-ewwel moqdief li gie mizbugh bid-disinn il-gdid.


Id-disinn sar minn Peter Aquilina.

 

Zewg Opri Godda ghal Birzebbuga

Fir-Regatta tal-Vitorja 2015 id-Distrett ta' Birzebbuga kompla jirrinova il-flotta tieghu b'zewg opri godda: Dghajsa tal-Midalji li ssemiet Maria Carmela II u Kajjik li gie msemmi San Pietru. Dawn iz-zewg opri inhadmu mill-Imghallem Mario Aquilina (tar-Ratal) minn Birzebbuga.

Il-Kajjik San Pietru

Id-Dghajsa tal-Midalji 'Maria Carmela II'

Ix-Shield ta' Jum il-Helsien ma San Pietru

Matul il-Gimgha tal-Festa ta' San Pietru, ix-Shield ta' Jum il-Helsien tpoggiet magenb il-vara ta' San Pietru fil-Knisja Parrokjali.

 

Regatta Youths+ (Under 18) 2015

Birzebbuga fit-Tieni Post Overall


Klassifika

1. Bormla
2. Birzebbuga u Kalkara

3. Isla


Tigrija Numru 1. Dgħajjes tal-Pass b’4 qaddiefa:
1. Bormla
2. Kalkara
3. Birzebbuga


Tigrija Numru 2. Frejgatini:
1. Birzebbuga
2. Isla
3. Kalkara


Tigrija Numru 3. Dgħajjes tal-Pass b’2 qaddiefa:
1. Bormla
2. Kalkara
3. B’Buga


Tigrija Numru 4. Kajjikki:
1. Isla
2. Bormla
3. Kalkara


Tigrija Numru 5. Dgħajjes tal-Pass b’4 qaddiefa:
1. Bormla
2. Birzebbuga
3. Kalkara

Il-Frejgatina ta' Birzebbuga fl-Ewwel post

Id-Dghajsa ta' Bl-Erbgha

Tghallem il-Qdif


Dawk li jixtiequ jibdew jitghallmu l-isport tal-qdif mal-Klabb Regatta Birzebbuga huma mhegga sabiex javvicinaw lil xi membru tal-Kumitat.