klabb regatta BIRZEBBUGA FREEPORT est. 1971

Birzebbuga Freeport Rowing Club

Bay View Bar - rabta mar-Regatta f'Birzebbuga

Il-Bay View Bar kien hanut tax-xorb ferm popolari fic-centru ta' Pretty Bay Birzebbuga. Dan kien tal-familja Vella mill-Isla li gew joqghodu Birzebbuga. Fost il-membri tal-familja Vella insemmu lil Mabbli Vella li huwa il-Fundatur tad-Distrett ta' Birzebbuga.

Kien f'dan il-hanut li kienu jiltaqghu l-ewwel dilettanti tar-Regatta ta' Birzebbuga meta gie organizat id-Distrett fl-1971.

Mal-hajt tal-hanut kienet twahhlet irhama biex tfakkar il-memorja ta' Mabbli Vella bhala l-Fundatur tar-Regatta f'Birzebbuga. L-irhama tidher immarkata b'cirku ahmar.

 

Birzebbuga tirbah ir-Regatta ta Jum il-Helsien 2016 - Kategorija B

Id-Distrett ta' Birzebbuga rebah l-Aggregate Shield Kategorija B ta' Jum il-Helsien ghall-ewwel darba meta b'total ta' 72 punt gheleb l-isfida tal-Marsa, Bormla u Isla. 


Dawn huma ir-rizultati kollha tal-Kategorija B:-


Tal-Pass b'Zewg Imqadef

Birzebbuga 5' 43'' (22 ta' Frar - Emman Joe Borg, Manuel Magro)

Isla 

Marsa 


Kajjiki

Birzebbuga 6' 24'' (San Pietru - Damien Attard, Russel Bugeja)

Bormla

Isla


Tal-Midalji

Marsa 5' 01''

Birzebbuga (Maria Carmela II - Dirk Attard, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Sean Schembri)

Isla


Frejgatini

Birzebbuga 6' 58'' (Tereza - Dirk Attard, Damian Attard, Meod Ciantar-cox)

Marsa

Isla


Tal-Pass b'Erba' Mqadef

Bormla 5' 25''

Birzebbuga (22 ta' Frar -  Damien Attard, Emman Joe Borg, Manuel Magro, Russell Bugeja)

Marsa


Klassifika Finali

Birzebbuga 72 punt

Marsa 42 punt

Bormla 32 punt

Isla 26 punt

Birgu ma kisbu l-ebda punt

Kalkara ma kisbu l-ebda punt

Marsamxett  ma kisbu l-ebda punt

 

Birzebbuga Tirbah l-Aggregate Shield ta' Jum il-Helsien - Kategorija A - 31/3/2015

Birzebbuga rebhet l-Aggregate Shield tar-Regatta ta' Jum il-Helsien 2015 Kategorija A, f'dak li huwa meqjus bhala l-iktar unur prestigjuz kemm ghall-Klabb Regatta Birzebbuga kif ukoll ghall-kamp sportiv in generali gewwa Birzebbuga. Il-President Ian Farrugia ircieva is-Shield minghand is-Segretarju Parlamentari Chris Agius fost il-ferh tal-qaddiefa u partitarji.


Il-Klassifika spiccat hekk:

  • Birzebbuga 54 punt 
  1. Senglea 40 punt
  2. Marsa 36 punt
  3. Bormla 28 punt
  4. Marsamxett 8 punti
  5. Kalkara 6 punti
  6. Birgu minghajr ebda punt

L-Ekwipaggi ta' Birzebbuga kienu dawn:-

Tal-Midalji: Rhys Fiteni, Christian Camilleri, Adrian  Schembri u Donald Gilford - l-Ewwel Post
Frejgatini: Rhys Fiteni, Christian Camilleri u Khiana Camilleri (tmunier) - l-Ewwel Post
Ta' Bi Tnejn: Clayton Fiteni u Adrian Schembri - It-Tielet Post
Kajjiki: Christian Camilleru u Donald Gilford
Ta' Bl-Erbgha: Rhys Fiteni, Clayton Fiteni, Adrian  Schembri u Donald Gilford - It-Tieni Post


 

B'Bugia Tirbah ix-Shield tal-Vitorja (Kat B) - 8/9/2008

Birzebbuga nizzlet isimha ghall-ewwel darba fuq Shield tar-Regatta meta rebhet ir-Regatta tal-Vitorja 2008 tal-Kategorija B.


B'erbgha Paljijiet ta' l-ewwel u iehor tat-Tieni, Birzebbuga iddominat din ir-Regatta u spiccat fl-ewwel post f'din il-Klassifika:-


Birzebbuga 84

Kalkara 48

Isla 28

Marsa 12

Bormla 0

Birgu 0

Marsamxett 0


L-Ekwipaggi ta' Birzebbuga f'dan is-success storiku kienu dawn:-


Bi Tnejn: Clayton Fiteni u Joseph Flask - L-Ewwel Post

Kajjik: Louis Bonello u Clifford Curmi - It-Tieni Post

Midalji: Gino Viacava, Clayton Fiteni, Joseph Flask u Charlie Gauci - L-Ewwel Post

Frejgatina: Gino Viacava, Twanny Viacava u Leonie Azzopardi (Tmunier) - L-Ewwel Post

B'Erbgha: Louis Bonello, Clayton Fiteni, Joseph Flask u Charlie Gauci - L-Ewwel Post

 

Tasal l-Ewwel Rebha - 31/03/2007

Fir-Regatta ta' Jum il-Helsien 2007, Birzebbuga irregistrat l-ewwel rebha, meta John Martin Mifsud u Joseph Flask rebhu it-Tigrija ta' Bi Tnejn fil-Kategorija A. B'hekk Birzebbuga rebhet il-Palju ta' l-Ewwel. 


F'dik ir-Regatta Birzebbuga ikklassifikat fit-Tieni post, 4 punti biss wara Bormla u l-Marsa li qasmu l-Unur bejniethom.

 

Jintrebah l-Ewwel Palju - 08/09/2005

Fir-Regatta tal-Vitorja 2005, id-Distrett ta' Birzebbuga rebah l-ewwel palju fl-Istorja tieghu.


Dan il-Palju tat-Tielet post wasal meta l-crew kompost minn Mark Galea u Stefan Aquilina gew it-Tielet fit-Tigrija ghad-Dghajjes tal-Pass b'zewg Imqadef tal-Kategorija Open.


Fir-Ritratt naraw l-entuzjazmu tal-qaddiefa u kumitat wara dan il-Palju storiku.

 

Jigi ri-organizzat id-Distrett ta' Birzebbuga - 7/11/2004

Jitwaqqaf il-Klabb Regatta Birzebbuga


Nhar is-7 ta' Novembru 2004 gie mwaqqaf il-Klabb Regatta Birzebbuga. Dakinhar inhatar l-ewwel Kumitat u gie approvat l-Istatut tal-Klabb fl-Laqgha Generali li saret fis-Sala tal-Kunsill Lokali ta' Birzebbuga. Anton Cutajar inhatar bhala President tal-Klabb.   


Ad Multos Annos.

 

Kif originat ir-Regatta ta' Jum il-Helsien

Meta pajjizna kiseb il-Helsien mill-Ingilterra, Il-Perit Duminku Mintoff - li bhala Bormliz kien jaf sew xi tfisser ir-Regatta ghall-Maltin - ried illi niffestegjaw il-Festa Nazzjonali ta’ Jum il-Helsien bit-tigrijiet tad-Dghajjes. Infatti fil-lejl ta’ nhar il-31 ta’ Marzu 1979 saret Regatta fid-dahla ta’ bejn l-Isla u l-Birgu. Il-Korsa baqghet tinzamm sena wara l-ohra f’din id-dahla sakemm fl-2004 bdiet issir fil-Port il-Kbir bhall dik tal-Vitorja. Fl-ewwel snin, ir-Regatta ta’ Jum il-Helsien ma tantx kienet kompettitiva, u d-Distretti kienu jiehdu l-opportunita biex jippruvaw qaddiefa godda.

Ma l-introduzzjoni ta’ l-Aggregate Shield fl-1985, ir-Regatta ta’ Jum il-Helsien hadet xejra ohra, u d-Distretti bdew jarmaw l-opri bl-aqwa qaddiefa taghhom bil-ghan li jnizzlu isimhom fuqa. Din ix-Shield giet moghtija mill-Mid Med Bank u fuqha naraw basso riliev tal-fidda tal-monument ta’ Jum il-Helsien. Illum il-gurnata, ir-Regatta ta’ Jum il-Helsien saret parti integrali u unur principali f’dan l-isport tradizzjonali tal-qdif.


Birzebbuga hadet sehem ghall-ewwel darba fir-Regatta ta’ Jum il-Helsien 10 snin ilu, fl-2005. Dan ghaliex meta Birzebbuga kienet tiehu sehem fir-Regatta bejn l-1972 u l-1976, Jum il-Helsien kien ghadu ma sehhx.  Fl-2007 Birzebbuga resqet vicin li tirbah din ir-Regatta meta klassifikat fit-tieni post tal-Kategorija A, 4 punti wara Marsa u Bormla, li qasmu is-Shield bejniethom, filwaqt li fl-2009, kienu biss zewg punti li firdu lil Birzebbuga mir-rebh tal-Kategorija B.